L-Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta ppreżentat 60 ħamper bħala rigal lill-Caritas. Dan sar bil-għan li l-ħampers jitqassmu lin-nies u lill-familji li qed jibbenefikaw mis-servizzi offruti minn Caritas Malta. Il-ħampers ippreżentahom il-President ta’ Ahmadiyya Muslim Jamaat, Laiq Ahmed Atif lil Anthony Gatt, id-Direttur ta’ Caritas.

Gatt laqa’ l-komunità Ahmadiyya filwaqt li spjegalhom fil-qasir dwar is-servizz li toffri l-Caritas. Min-naħa tiegħu, il-President ta’ Ahmadiyya qal li bħala komunità jagħtu importanza li jaqdu lil dawk ta’ madwarhom u jieħdu ħsieb lil min hu fil-bżonn.