77% ta’ dawk li wieġbu l-istħarriġ annwali tal-MISCO ta’ din is-sena dwar l-iżviluppi tar-Riżorsi Umani f’Malta ddikjaraw li huma impjegaw ċittandini tal-UE filwaqt li 44% ddikjaraw li kienu impjegaw ċittadini ta’ pajjiżi min barra l-UE.

MISCO għadha kemm ippublikat il-ħames stħarriġ annwali dwar l-iżviluppi tar-Riżorsi Umani f’Malta bħala parti mir-rapport annwali dwar is-Salarji u l-Benfiċċji 2018-2019. Dan l-istħarriġ sar bil-għan li nsiru nagu iżjed dwar l-isfidi li qed jiffaċċjaw kumpanija lokali fil-qasam tar-Riżorsi Umani sar online bejn Awissu u Settembru ta’ din is-sena.

Skont dan l-aħħar stħarriġ, l-isfidi ewlenin fis-settur tal-HR jibqgħu is-domanda għal-salarji (57%) isegwi min nuqqas ta’ impjegati bl-esperjenza neċċesarja (49%) u nuqqas ta’ applikazzjonijiet għal- posizzjonijiet ta’ impieg (47%).

Joanne Bondin li hija direttur tal-MISCO qalet li min qed iħaddem qed jiffaċja sfida fuq żewġ binarji, id-domanda għal salarji ogħla minn impjegati li mhux bilfors għandhom l-esperjenza xierqa u li kapaċi jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa.

79% ta’ dawk li wieġbu jgħidu li l-funzjoni tal-HR ħadet rwol akbar fl-organiżżazjoni tagħhom f’dawn l-aħħar tnax-il xahar. Għaldaqstant jeħtieġ li jsir iżjed biex il-funzjoni ta’ l-HR ikollha rwol improtanti fl-istrateġija tan-negozju tal-kumpaniji. 54% semmew nuqqas ta’apprezzament tal-valur ta’ l-HR mil-management segwit minn diffikultajiet fit-twaqqif ta’ sistema effetiva ta’ performance management (51%) u nuqqas ta’ riżorsi fid-dipartiment tal-HR. 67% qalu li fit-tnax il-xahar li ġejjin be ħsiebhom jagħtu lill-impjegati l-ogħla prijorita’ filwaqt li prijoritajiet oħra jinkludu it-tkabbir tal-impenn u l-motivazzjoni ta’ l-impjegati, l-iżvilupp ta’ l-impjegati, it-tisħiħ ta’ kultura organiżżazjonali u n-nuqqas ta’ ħiliet.

L-istħarriġ stabilixxa wkoll li l-midja soċjali saret iżjed popolari mill-aġenziji tar-rekluttaġġ bħala l-iktar metodu ta’ reklutaġġ (77%).

65% qalu wkoll li investew fl-iżvilupp u l-komunikazzjoni tal-brand identity tagħhom. 87% qalu wkoll li jużaw evalwazzjoni psikometrika għal dan.

L-istħarriġ isemmi wkoll li 54% biss għandhom sistema ta’ performance management fejn 90% iddikjaraw li din is-sistema kienet effectiva ħafna jew pjuttost effetiva fit-titjib tal-prstazzjoni ġenerali. Il-biċċa l-kbira tas-sistemi ta’ performance management huma pjanijiet ta’ żvillupp personali (79%) segwiti minn iffissar u reviżjoni ta’ għanijiet u awto-evalwazzjoni u stima (76%).

Fuq l-addozzjoni ta’ miżuri fuvur il-familja fl-organiżżazjoni tagħhom, issemmew erba’ miżuri ewlenin, jiġifieri l-għażla li jaħdmu fuq bażi part-time jew reduced hours (75%), flexi-time (71%), xogħol mid-dar jew b’mod remot (52%), u leave speċjali għal ċerti ċirkostanzi speċjali (40%). Dawk li wieġbu stqarrew ukoll li l-ostakli ewlenin fl-implimentazzjoni ta’ miżuri huma t-tensjonijiet fost l-impjegati (41%), ambjent kummerċjali sfavorevoli (32%) u spejjeż (29%0.

Lawrence Zammit il-ko-fundatur tal-MISCO tenna l-fehma tiegħu li l-funzjoni tar-Riżorsi Umani żammet l-improtanza miżjuda tagħha speċjalment fid-dawl tad-diffikultajiet fir-rekluttaġġ li qed jesperjenzaw dawk li jħaddmu.