Nas Daily illum ħabbar li l-aħħar filmat tal-karriera tiegħu se jiġbdu f’Malta fil-5 ta’ Jannar.

Nas iddeċieda li jtemm il-vjaġġ tiegħu ta’ filmat kuljum minn madwar id-dinja, u ddeċieda li jagħmel dan f’Malta. Kulħadd huwa mistieden biex is-Sibt, 15 ta’ Jannar, imur jiltaqa’ ma’ Nas, jisma’ l-orkestra, jisma’ d-diskorsi mħejjija u jkun parti mill-1,000 filmat ta’ Nas.

Nas qal li l-Maltin għandhom joqogħdu attenti għax fil-jiem li ġejjin se jħabbar kif wieħed jista’ jibbukkja biex ikun parti minn din l-aħħar ċelebrazzjoni. Id-dħul huwa b’xejn.

L-aħħar filmat ta’ Nas se jinġibed f’Sala Repubblika f’Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta.

Min irid iżjed dettalji jista’ jibgħat email fuq press@nasdaily.com.