Satabank beda jikkuntattja lill-kumpaniji li huma klijenti tiegħu biex jagħtihom lura l-flus tagħhom li kien qed iżommilhom.

Il-bank qal li numru sinifikanti ta’ depożiti ġew irritornati u li għandu jkompli jikkuntattja lill-klijenti tiegħu f’Jannar.

Dan wara li nhar il-Ġimgħa, kumpanija ressqet applikazzjoni ġudizzjarja biex titlob lura aktar minn €62,000 li ġew iffriżati minn Satabank, u talbet għal kumpens.