6 irġiel ġew arrestati waqt spezzjoni li għamlet l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tul il-lejl li għadda. L-ispezzjonijiet saru fi stabbilimenti ta’ divertiment madwar Malta fosthom il-Gżira u Paceville. L-età tagħhom tvarja bejn 17 u 38 sena.

Skont stqarrija maħruġa mill-Pulizija, fil-pussess tal-irġiel instabet sustanza suspettata pjanta tal-kannabis kif ukoll madwar 100 pillola ssuspettati li huma ecstasy. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa.  L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.