F’Jum il-Milied twieldu propju 15-il tarbija. Dan ikkonfermah ma’ Nesbook.com.mt il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei, Ivan Falzon.

Filwaqt li sal-4.30pm, kienu 11 it-trabi li twieldu, jidher li matul il-bqija tal-jum kien hemm aktar trabi li twieldu. 8 trabi huma subien filwaqt li 7 huma bniet.

L-ewwel tarbija li twieldet illum twieldet għall-ħabta tas-2am u jisimha Jade.