Infermiera fl-Isptar Karen Grech li ħadmu f’Jum il-Milied qalu li kienu kuntenti li taw din il-ġurnata għas-servizz tal-pazjenti.

Ikkuntattjata minn Newsbook.com.mt wara li rċivejna l-filmat tagħhom irrekordjat fix-xift, Daniela Borg, waħda mill-infermiera qalet li bħala infermiera u nursing aides  li kienu jduru bil morda f’dan l-isptar, xorta ħassew li kellhom Milied sabih minkejja li huma ‘l bogħod mill-familji tagħhom.

Newsbook.com.mt fl-aħħar jumejn ħejja diversi servizzi b’uħud mill-esperjenzi ta’ kif il-Maltin qattgħu Jum il-Milied. Ewlenin fosthom kien hemm ġabra ta’ ritratti ta’ kif il-familji ċċelebraw il-Milied u ritratt tal-familja tal-kantanta Ira Losco.

 

Inti għamilt xi ħaġa simili fil-Milied? Ibagħtilna r-ritratti fuq info@newsbook.com.mt.