Ritratt; L-Istrina

Il-ġabra tal-Istrina issa qabżet l-€4 miljuni għall-ħabta ftit qabel it-8pm. S’issa mijiet ta’ kumpaniji dehru fuq it-televiżjoni jagħtu ċekkijiet kbar. Il-Vienna Choir Boys taw waħda mill-akbar donazzjonijiet s’issa, is-somma ta’ €200,000. Ix-xandira televiżiva qed issir mill-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop.

Propju f’nofsinhar, ingħata bidu għall-ġbir ta’ fondi annwali waqt L-Istrina, fejn il-mistoqsija tibqa’ jekk hux se jinkiser ir-rekord tas-sena li għaddiet.

Għadd ta’ kumpaniji u għaqdiet ressqu d-donazzjonijiet tagħhom matul il-ġurnata. Fosthom kien hemm rappreżentanti miż-żewġ partiti politiċi li lkoll kemm huma żifnu għall-Istrina kif jidher f’dan il-filmat:

 

Il-Bank of Valletta ppreżenta s-somma ta’ €258,370, €58,370 minnhom miġbura permezz tal-Istrina BOV Piggy Bank Campaign BOV Piggy Bank minn tfal mill-iskejjel Primarji u Sekondarji kollha f’Malta u Għawdex. Il-Bank of Valletta żied is-somma b’donazzjoni ta’ €200,000.

Propju s-sena li għaddiet il-ħabra kienet qabżet is-€6 miljun. Din kienet ġabra ta’ madwar €500,000 aktar minn fuq is-sena ta’ qabel.

L-akbar ammont ta’ flus fl-edizzjoni tal-2017 inġabru mill-appuntament annwali tal-Fun Run organizzata mill-Uffiċju tal-President bl-appoġġ tal-BNF Bank. Minn hawn kienet inġabret is-somma ta’ €313,515 lill-Istrina. Din is-sena l-Fun Run ġabet €270,000.

L-akbar somma li ngħatat lill-Istrina ġiet mill-Fun Run

Qabel il-ġurnata nnifisha, diġà nġabru eluf ta’ muniti għall-ġbir ta’ fondi tal-Istrina, li l-għadd tagħhom sar fil-21 ta’ Diċembru fil-kwartieri tal-BOV, fil-preżenza tas-Sur Edgar Preca.

Jingħaddu l-muniti miġbura għall-Istrina

Il-maratonu ddum propju tnax-il siegħa, jiġifieri tibda f’nofsinhar u tispiċċa f’nofsillejl. Il-fondi li jinġabru fil-kumpless sportiv ta’ Ħal Kirkop imorru għall-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF).

“Illum fl-Istrina ejja nkunu ġenerużi” – L-Arċisqof