Żmien il-festi huwa żmien li bosta persuni jqattgħu mal-familja tagħhom, għaldaqstant mara f’Kalifornja iddeċidiet li tati rigali lil ommha f’forma ta’ pupu li meta tafaslu idu tisma’ l-leħen ta’ binha li miet f’Ottubru li għadda.

Wara li tilfet lil ħuha, Sean Tanner, Brittany Garcia tat lil ommha pupu magħmul mingħand Build-a-Bear li kien, bħal ħuha, liebes uniformi tal-pulizija. Hi ġibdet il-filmat ta’ ommha tiftaħ dan ir-rigal u tisma’ l-vuċi ta’ binha xahrejn wara l-mewt tiegħu.

Sean Tanner jinstema’ jitkellem qabel l-ewwel shift tiegħu mingħajr ċans ta’ rqad.

Fuq Twitter, Garcia qalet li kull familja taffaċċja t-telfiet tagħha b’mod differenti, u dan kien il-mod tagħhom kif jaffaċjaw il-mewt ta’ Tanner. Qalet li l-familja tagħha għandha bżonn tisma’ l-vuċi u dan ir-rigal mhux qed jiftaħ pjaga, għax il-pjaga hija miftuħa u wisq probabbli mhux se tingħalaq.