West Ham mistennija joffru kuntratt ta’ sitt xhur lil Samir Nasri li mhux marbut ma ebda tim wara li fil-bidu ta’ din is-sena nfired minn mal-klabb Tork ta’ Antalyaspor. L-eks plejer ta’ Manchester City u Arsenal għadu qed iservi sospensjoni ta’ 18-il xahar, minħabba ‘doping’, li se tasal fi tmiemha fil-31 ta’ Diċembru.

Il-Franċiż ta’ 31 sena huwa mistenni li jsir l-ewwel akkwist ta’ West Ham matul is-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar u b’hekk se jerġa’ jkun qed jaħdem mal-kowċ Manuel Pellegrini, li miegħu rebaħ il-Premier League Ingliż waqt il-perjodu tagħhom ma’ Manchester City.

Il-Hammers qed ifittxu wkoll li jakkwistaw midfielder difensiv u wrew interess f’ Gary Medel ta’ Besiktas u f’Victor Wanyama ta’ Tottenham.