L-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed ibassar li l-ewwel jum tas-sena 2019 se jkun iddominat minn buffuri ta’ riħ bejn Forza 5 u Forza 6 mill-Majjistral li jdur għal Grigal.

Dan tħabbar fi stqarrija mill-Uffiċċju Meteoroloġiku għall-aħħar jiem tas-sena u l-bidu tas-sena l-ġdida. Jidher li t-temp f’dawn l-aħħar jiem tas-sena se jkun sabiħ u xemxi b’temperaturi li jvarjaw bejn 7°C u 17°C.

L-aħħar jum tas-sena 2014 jibqa’ l-aktar jum li fih inħasset kesħa bit-temperatura mkejjla tinżel għal 2.1°C b’xita ta’ silġ.