Juventus kisbu rebħa oħra fis-Serie A wara li għelbu lil Sampdoria bl-iskor ta’ 2-1, biż-żewġ gowls tal-Bianconeri jaslu mingħand Cristiano Ronaldo. Juventus saru l-ewwel tim li ġabar 53 punt minn 19-il logħba minn meta l-kampjonat Taljan beda jintlagħab bejn 20 tim.

L-attakkant Portugiż fetaħ l-iskor wara inqas minn żewġ minuti iżda Sampdoria kisbu d-draw permezz ta’ penalty mogħti minn Fabio Quagliarella. Dan ifisser li l-eks attakkant ta’ Juventus, Torino u Napoli issa skurja f’disa’ logħbiet konsekuttivi.

Ronaldo ta r-rebħa lil Juventus grazzi għal penalty fil-65 minuta wara li Alex Ferrari miss il-ballun b’idu. Il-Blucerchiati ħasbu li kienu ġabu d-draw għal darb’oħra iżda l-gowl ta’ Saponara tħassar wara l-użu tal-VAR.