L-eks difensur ta’ Manchester United, Lazio u AC Milan Jaap Stam inħatar bħala l-kowċ il-ġdid ta’ PEC Zwolle.

Stam iffirma kuntratt ta’ 18-il xahar u mistenni jieħu post John van ‘t Schip hekk kif it-tim Olandiż qed jissielet biex jibqa’ fl-Eredivisie.

Stam, li rebaħ il-UEFA Champions League flimkien ma’ Manchester United, beda l-karriera tiegħu ma’ PEC Zwolle qabel ma mar jilgħab ma’ klabbs ikbar. Fi stqarrija fuq il-websajt tal-klabb, l-eks plejer internazzjonali Olandiż sostna:

“PEC Zwolle huwa klabb li ngħożż ħafna u nħossni tajjeb li erġajt ġejt lura.”