Floriana FC ħabbru l-akkwist ta’ Edward Herrera mingħand Birkirkara FC. Id-difensur ta’ 32 sena, li lagħab ukoll ma’ Hibernians, Pieta’ Hotspurs u Melita FC, iffirma kuntratt ta’ 3 snin mat-tim immexxi minn Guido Ugolotti.

Herrera huwa t-tielet akkwist ta’ Floriana hekk kif f’dawn l-aħħar ġimgħat intlaħaq ukoll ftehim ma’ Ulisses Arias u Gaston Ezequiel Cesani. It-trasferiment ta’ Herrera se jinvolvi lil Clayton Fallia, veteran ieħor fil-kampjonat Malti, li se jsir plejer Karkariż grazzi għal tpartit bejn iż-żewġ klabbs.