Partitarji ta’ Napoli libsu maskri ta’ Kalidou Koulibaly sabiex juru s-sapport tagħhom lejn id-difensur Senegaliż li kien fil-mira ta’ kummenti razzisti matul il-logħba kontra Inter Milan.

Nhar il-Ġimgħa l-għadda, plejer ieħor ta’ Napoli Ghoulam Faouzi esprima ruħu fuq Twitter dwar dak li seħħ fil-logħba kontra Inter:

“Il-futbol, bħal kull sport ieħor, huwa logħba. Il-logħob kollu mimli passjoni, ferħ, libertà: U permezz tal-libertà aħna lkoll l-istess. Għada kollha kemm aħna ħa nkunu Koulibaly!”

Wara t-telfa kontra Inter, Napoli reġgħu kisbu rebħa hekk kif ilbieraħ għelbu lil Bologna b’gowl tal-attakkant Belġjan Dries Mertens lejn tmiem il-logħba.