Jade Cutajar, waħda mit-tfal parteċipanti li għandha 10 snin, qasmet l-esperjenza tagħha fil-proġett Bringing Creativity to Life ma’ Newsbook.com.mtQalet li kien permezz ta’ din il-fondazzjoni u inizjattiva li tgħallmet tuża kamera. L-aktar li ħadet gost tagħmel Jade kienu l-pupazzi magħmulin minn kalzetti u buttuni, għax tħobb tmidd idejha għal dawn l-affarijiet.

L-istorja tal-film hija li t-tfal u l-pupazzi jkunu fuq ħelikopter u jaqbżu, irrakkontat Jade, iżda l-pupazzi jibżgħu. It-tfal jinżlu fuq gżira u jfittxu l-ikel u jqabbdu n-nar.

Filmat: Jitħarrġu fil-midja bil-kalzetti u l-buttuni

Karl Vella Foundation twaqqfet biex toffri appoġġ edukattiv u psikoloġiku lil tfal ta’ bejn il-5 snin u s-17-il sena, li għandhom jew xi wieħed mill-ġenituri jew xi ħadd minn ħuthom għaddej minn marda serja.  Il-Fondazzjoni tibqa’ tfakkar lil Karl Vella, il-missier li miet bil-marda tal-kanċer u li wara mewtu ngħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.  Vella ġġieled il-marda b’kuraġġ tant li sar simbolu u wens għal dawk li kienu f’sitwazzjonijiet simili.

Filmat: 10 itfal jibnu storja bil-pupazzi, kalzetti u buttuni