Il-kantant Gianluca Bezzina u martu Vanessa saru ġenituri mat-twelid ta’ binthom Lyla.

Gianluca, magħruf l-iżjed talli rrappreżenta lil Malta fil-Eurovision fl-2013 bil-kanzunetta Tomorrow, kiteb fuq Facebook kemm hu ferħan se jtir bit-tarbija ċkejkna. Huwa faħħar lil martu Vanessa ta’ kemm kienet kuraġġuża tul il-proċess kollu.

Oħt Gianluca, il-kantanta Dorothy Bezzina li kemm-il darba akkumpanjatu fuq il-palk, xerrdet interpretazzjoni ta’ Gianluca tal-kanzunetta li kien kiteb nannuhom Gaetano Buttigieg meta twelditlu l-ewwel tarbija.

Il-kanzunetta tista’ tismagħha hawn.