L-attakkant veteran Robinho ngħaqad ma’ Istanbul Basaksehir li bħalissa jinsabu fil-quċċata tal-klassifika tas-Super Lig Tork. Il-plejer ta’ 34 sena, li bosta jiftakruh jilgħab ma’ Manchester City, Real Madrid u AC Milan. skurja 8 gowls u pprovda 2 assists matul dan l-istaġun.

Il-Brażiljan ser ikun qed jerġa’ jilgħab ma’ Emmanuel Adebayor li kien ukoll plejer tas-Citizens mill-2009 sal-2012. Istanbul Basaksehir għandhom plejers rinomati oħra bħal Eljero Elia, Gael Clichy u Arda Turan fl-iskwadra tagħhom u jinsabu fl-ewwel post wara li ġabru 35 punt minn 19-il logħba.