L-aħħar jum tas-sena mistenni jkun wieħed kiesaħ, b’ħalbiet tax-xita kultant, u f’xi waqtiet anke bir-ragħad u bis-silġ.

It-temperatura għandha tinħass li hi ta’ 3°C minħabba riħ kiesaħ ta’ forza 6.

Dan wara jiem mimlija xemx, u saħansitra għawm għal ċerti nies!

Aktar tard tul il-ġimgħa, it-temp mistenni jiksaħ iktar, bl-ogħla temperatura tkun 10°C nhar il-Ħamis, u l-inqas taħt  il-5°C.