Wara r-renju tar-Reġina Eliżabetta ta’ 65 sena s’issa, eventwalment se jmissu binha l-Prinċep Charles. Madankollu, ħafna stħarriġ pubbliku juri li l-maġġoranza tal-Brittaniċi huma tal-fehma li l-Prinċep għandu jċedi postu għal ibnu William meta jasal iż-żmien.

L-istħarriġ wera li 46% minn 1,500 li għamluh jixtiequ li l-Prinċep ta’ Wales jabdika t-tron biex id-Duka ta’ Cambridge jkun jista’ jsir Re. Dan ifisser li hemm iżjed nies li jaħsbu li l-missier li għandu 70 sena għandu jċedi postu għal ibnu milli hemm nies li jixtiquh jirrenja hu. Fil-fatt, kienu biss 24% li qalu li jixtiequ li jkun Charles li jilbes il-kuruna.

29% qalu li ma jinteressahomx x’jiġri.

Il-Prinċep Charles huwa l-eredi li dam l-iżjed fl-istorja Brittanika.