Miguela Xuereb

Żewġ ħabtiet li seħħew kwarta bogħod minn xulxin f’San Ġiljan kkawżaw it-traffiku. L-inċidenti stradali seħħew fi Triq Mikiel Anton Vassalli qrib Paceville. Ħadd ma weġġa’ f’dawn l-inċidenti.

Persuni fuq il-post qalu ma’ Newsbook.com.mt li fil-ħin ta’ wara, inġema’ t-traffiku kawża taż-żewġ inċidenti li seħħu.

Il-Pulizija kkonfermaw li seħħew żewġ inċidenti fi ftit minuti, bl-ewwel inċident iseħħ għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart ta’ wara nofsinhar (2.45pm) u t-tieni inċident li ma weġġa’ ħadd fih seħħ għall-ħabta tat-tlieta (3pm).