Ħafna jaħsbu li mbilli jferfer dembu, il-kelb ikun qed jieħu pjaċir b’sitwazzjoni. Madanakollu hemm bosta affarijiet li wieħed ikun qed jagħmel u li mingħajr ma jaf, bihom idejjaq lill-kelb tiegħu.

  1. Meta tisfurzhom “jagħmlu ħbieb” ma’ kulħadd – filwaqt li l-kelb tiegħek jifraħ meta tfissdu inti, jaf ma tantx jieħu pjaċir meta xi ħadd fit-triq jurih ftit affezzjoni.
  2. Meta tmissilhom rashom – kelb iħallik tmisslu rasu għax jirrikonoxxi li inti l-persuna li tieħu ħsiebu, iżda l-maġġoranza tal-klieb ma’ tantx jieħdu pjaċir b’dan.
  3. Jekk tkun nadif wisq – jekk inti persuni li żżomm kollox nadif u jfuħ il-ħin kollu, il-kelb tiegħek jaf ma japprezzax dan il-fatt. Il-klieb jaħdmu ħafna bl-irwejjaħ naturali.
  4. Meta tqatta’ sigħat twal quddiem it-televiżjoni – filwaqt li l-klieb iħobbu jitfissdu miegħek meta tkun fuq is-sufan, ma jieħdux pjaċir jekk tqatta’ sigħat twal tagħmel dan. Huma għandhom bżonn joħorġu mid-dar u jiġru xi ftit.
  5. Meta sidien differenti jkollhom regoli differenti – speċjalment f’familja, ara li kulħadd jenforza l-istess regoli mal-kelb u mhux kull persuna tittollera jew ma tittollerax affarijiet differenti.
  6. Meta ma jkunx hemm regoli – ħafna sidien iħallu lill-klieb tagħhom jagħmlu li jridu, madanakollu l-klieb jieħdu pjaċir meta xi ħadd joħloqilhom struttura u jkollhom lil min jobdu.
  7. Meta tgħannaqhom – ħafna klieb ma japrezzawx meta s-sidien tagħhom jgħannquhom. Aġir bħal dan ibeżżgħahom u joħloq ansjetà.
  8. Meta tgħaġġilhom waqt passiġġata – meta toħroġ il-kelb għal passiġġata, huma jaraw id-dinja permezz tas-sens tax-xamm tagħhom. Huwa importanti li tħalli lill-kelb jieqaf u jxomm minflokk tgħaġġlu.
  9. Meta tlibbishom – minkejja li l-klieb jidhru ferm ħelwin meta tlibbishom il-ħwejjeġ, ma tantx jieħdu pjaċir hekk kif iddejjaqhom ir-riħa u s-sensazzjoni tagħhom.
  10. Meta ġġib tarbija d-dar – meta koppja jkollha tarbija, il-kelb jaf jaraha bħala theddida għax issa l-attenzjoni tiegħek se tinqasam. Hemm bżonn tagħmel l-introduzzjoni tiegħek barra mid-dar qabel ma tlaqqa’ lill-kelb mat-tarbija fid-dar.