It-temperaturi huma mistennija li jkompli jinżlu f’dawn il-ġranet li ġejjin bħalissa t-temperatura qiegħda 4°C filwaqt li tinħass madwar 2 °C.

Skont is-sit First Malta għada t-temperaturi baxxi mistennija li jkomplu jippersistu bl-ogħla temperatura mistennija li tkun ta 11 °C u tinħass 8 °C matul il-ġurnata filwaqt li mal-lejl it-temperatura mistennija terġa’ tinżel 6 °C.

Jidher li f’partijiet differenti madwar Malta ġie rrapurtat ftit silġ fil-forma ta’ tajjar ħafif.

Jekk għandek xi ritratti u tixtieq tibgħathomlna tista’ tagħmel dan fuq il-paġna tagħna ta’ Facebook.