Dalwaqt joħorġu l-biljetti għal Cruise ġdid minn Malta għal Malta li se jkun jiswa €15.

Newsbook.com.mt tkellem mal-organizzaturi ta’ dan il-cruise li min-naħa tagħhom qalu li qed iħejju biex id-divertiment kollu jkun bil-Malti bis-sehem ta’ artisti Maltin stess bid-dettalji tagħhom jingħataw aktar ‘il quddiem.

Spjegaw li “l-prezzijiet huma tal-ġenn”, filfatt il-prezz tal-gallarija jibda minn €15 kull persuna bit-termi u kundizzjonijiet japplikaw.

Għalissa wieħed kull ma jrid jagħmel hu li jidħol fuq www.ilcruise.com, idaħħal isem, kunjom u l-email tiegħu hemmhekk u nhar it-tnejn jirċievi d-dettalji kollha dwar il-cruise. Il-postijiet huma limitati, u dawk in-nies li se jdaħħlu l-informazzjoni tagħhom se jingħataw prijorita.

www.ilcruise.com