Il-kumpanija Netflix appellat lin-nies biex ma jweġġgħux bl-hekk imsejjaħ Bird Box Challenge.

Din l-‘isfida’ (challenge) ġiet ispirata mill-film ta’ Netflix Bird Box. F’din l-isfida, wieħed jgħatti għajnejh b’xi ħaġa waqt li joqgħod idur barra. Nies bħall-YouTube creator Morgan Adams ippruvaw jagħmlu hekk għal 24 siegħa. Oħrajn ippruvawha għal perjodu iqsar.

Fuq Twitter, Netflix appellat biex in-nies ma jweġġgħux minħabba din l-isfida. Qalet li ma tafx minn fejn bdiet però qalet li ma tridx tara nies li jispiċċaw l-isptar.

Il-film Bird Box irċieva riżultat ta’ żewġ stilel minn ħamsa mis-sit The Guardian. Ġie deskritt bħala apocalyptic thriller.