Mara ta’ 23 sena li għandha seba’ xhur tqala qed tikkunsidra li tiddevorzja lil żewġha wara li skopriet x’isem irid jagħti lil binthom. Fuq sit elettroniku hija qalet li wara sena li bdew joħorġu flimkien huma żżewġu u issa kienet qed tistenna tarbija.

Hija qalet li ftit li xejn kienu ddiskutew l-isem tat-tarbija u kien biss meta saru jafu li ser ikollhom tifla fejn bdew jiddiskutu. Meta ma setgħux jaqblu fuq l-isem ir-raġel qallha li hu kien se jsemmi l-ewwel tarbija u hi setgħet issemmi t-tieni tarbija.

Il-problemi bdew meta r-raġel qallha li jrid isemmi lit-tarbija għal eks sieħba tiegħu u qallha li ma kien fiha xejn ħażin billi minkejja li r-relazzjoni tagħhom ma ħadmitx ma jistax ikollu lil xi ħadd li jfakkru fiha.

Fuq is-sit il-mara staqsiet lin-nies x’jaħsbu minn din is-sitwazzjoni u fost il kummenti kien hemm persuna li staqsietha kif kienu se jispjegaw lil binthom meta tikber għala semmewha hekk. Kien hemm persuna oħra li qaltilha li hi kienet imsemmija wara l-eks tfajla ta’ missierha u għada sal-lum isimha ma jogħġobhiex.

Fil-messaġġ il-mara qalet li qed tikkonsidra d-divorzju minn ma’ żewġha għax tħoss li din hija sitwazzjoni inaċċettabli.