REUTERS/Alkis Konstantinidis

Residenti tal-belt kapitali tal-Greċja, Ateni, qamu dalgħodu bil-borra nieżla. Il-pajjiż bħalissa jinsab f’naqra kesħa mhux ħażin, b’xi temperaturi taħt iz-0 f’xi reġjuni.

L-għolja tal-Akropoli, monumenti nazzjonali u siti arkeoloġiċi f’Ateni ġew mgħottija b’saff ħafif ta’ borra, u ċertu skejjel kellhom jgħalqu. Silġ fin-naħat tat-Tramuntana għamel ċertu toroq inaċċessibli. Dalgħodu, fir-reġjun Drama, it-temperatura kienet daqs -20.9 gradi.