Id-Danusan reġgħu għamluhilna – is-sena l-oħra ħarġuha li nfirrdu, u din is-sena li ġej cruise Malta bi prezzijiet li jibdew minn €15.

U ma qalu xejn li mhux veru!

Skont li tellgħu lbieraħ filgħaxija fuq il-paġna tal-Facebook tagħhom, din kienet kollha rigward ix-xow li għandhom f’Marzu li ġej, bl-isem ta’ ‘Il-Cruise tad-Danusan’. u b’hekk, l-avviżż kollu jagħmel sens. Malta to Malta – għax kulħadd ser jibqa’ Malta peress li x-xow ser isir Sir Temi Zammit Hall, l-Universita’. Gallarija €15 kienu qed jirreferu għall-gallarija tat-teatru. U d-divertiment waqt ix-xow ser ikun kollu bil-Malti… ovjament dak ta’ waqt ix-xow mid-Danusan stess.

Dan ix-xow se jsir fid- 8 u 9 ta’ Marzu fit-8.30 pm u fl-10 ta’ Marzu fit-3.00 pm.

Biljetti minn: www.danusan.com.