REUTERS/Toby Melville

L-Unjoni Ewropea qed tikkonsidra kif se tgħin lill-Prim Ministru Theresa May tikkonvinċi lill-Parlament Brittaniku biex jaqbel mat-trattat ta’ Brexit li hi ftehmet mal-mexxejja tal-UE ix-xahar li għadda. Però, l-Unjoni Ewropea kkonkludiet li mhux se tibdel il-ftehim.

Sorsi mill-Unjoni Ewropea qalu lill-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters li uffiċjali fil-Brussell qed jiddiskutu kif se jassiguraw lill-Parlament Brittaniku biex jgħinu lil May tirbaħ kontra r-reżistenza għal ftehim, qabel ma jivvutaw il-leġiżlaturi fil-ġimgħa li ġejja.

Però, eżekuttiv tal-Unjoni Ewropea għamilha ċara li l-mexxejja m’humix se jibdlu l-ftehim, u f’każ li m’hemmx qbil, l-Unjoni Ewropea lesta li tħalli l-Ingilterra titlaq mingħajr l-ebda ftehim f’postu.