Il-Gvern kull sena qed jivvota mitt miljun ewro biex jirranġa, jwessgħa u jibni mill-ġdid numru ta’ toroq prinċipali u sekondarji. Ħafna minn dan ix-xogħol qed isir biex jagħmel tajjeb għall-influs qawwi ta’ vetturi fit-toroq tagħna. Madankollu ħafna huma l-kuntratturi li qed jaħdmu dan ix-xogħol, qed iħaddmu numru sostanzjali ta’ ħaddiema, u l-Gvern qed jiżgura li r-rota tibqa’ ddur.

Waqt Follow Up illum it-8 ta’ Jannar 2019, Sergio Mallia jsaqsi lill-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, Ing. Frederick Azzopardi – il-benefiċċju ta’ dan l-investiment x’se jkun fit-tul? L-impatt ambjentali qed jiġi kkalkulat? U x-xogħlijiet kollha għandhom permess tal-ippjanar? Is-semmiegħa huma mħeġġa jċemplu u jsaqsu.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.