Tifel ta’ disa’ snin kellha titneħħielu għajnejh wara li ntlaqat b’pellet ta’ Nerf gun.

Taylor-Jay Ravicini minn Nofsinhar ta’ Wales fl-Ingilterra ma kienx baqa’ jara minn għajnejh tal-lemin wara li kien intlaqat minn ġugarell vleġġa meta kien għad kellu biss tliet snin.

It-tifel tilef għajnejh wara li kien involut f’żewġ inċidenti

Jirriżulta li t-tieni inċident li seħħ riċentament fejn it-tifel intlaqat minn pellet ta’ Nerf gun allegatament affetwa l-organu nnifsu. Dan wassal biex it-tobba ma kellhomx għażla għajr li jneħħulu għajnejh tal-lemin biex jiggarantixxu li ma jitifx il-vista minn dik tax-xellug ukoll.

Minħabba kumplikazzjonijiet kawża ta’ infezzjonijiet, Taylor kellu jinżamm l-isptar għal sitt ġimgħat wara l-inċident.

Omm Taylor nediet ġabra biex tkun tista’ tixtrilu għajn prostetika.

L-inċident sfortunat seħħ waqt li Taylor kien qed jilgħab ma’ ħabib tiegħu fid-dar taħt is-superviżjoni ta’ ommu. Dan it-tieni inċident wassal għad-deċiżjoni tat-tobba li jneħħulu għajnejh tal-lemin għal kollox u jpoġġulu waħda falza. Omm Taylor issa nediet ġabra biex tkun tista tixtrilu għajn prostetika li ma tiġbidx attenzjoni daqs dik falza biex nies fit-triq u fl-iskola li ma jafux lil Taylor ma jħarsux lejn binha b’mod stramb.

L-omm saħqet li kawża tad-diżabilità tiegħu binha spiċċa vittma ta’ bullying l-iskola fejn uħud mill-istudenti jgħajruh ‘Popeye’.

Mal-midja internazzjonali omm Taylor stqarret kif ma tixtieqx li n-nies jaħsbu li hi omm ħażina u li għalkemm kienet qedha għassa ma’ uliedha meta seħħ l-inċident wieħed qatt ma jobsor li inċident jista’ jseħħ darbtejn fl-istess għajn.

Hija stqarret kif wara l-ewwel inċident meta waslu l-emerġenza t-tobba qalulha li t-tifel kellu biss barxa f’għajnejh, madanakollu huwa ġie ċertifikat li tilef id-dawl minn għajnu tal-lemin wara li eżaminah speċjalista fi Bristol.