Tarbija tat-twelid instabet mejta f’cooler f’Georgia, fl-Amerka.

L-Uffiċċjali tax-Sherrif sabu l-cooler il-Ħadd li għadda, għat-3.30pm, fejn sabu tarbija tat-twelid. Il-cooler huwa blu ċar, b’biċċiet tad-dulliegħ fuqu u biż-żippijiet. Is-sess tat-tarbija ma setgħax jiġi determinat.

Nies li joqgħodu fl-inħawi sostnew li l-cooler kien ilu hemm numru ta’ ġranet, forsi anka sa ġimgħa. L-awtopsja skedata għal-lum.