It-tim tal-Bundesliga Bayern Munich ħabbru l-akkwist tar-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja Benjamin Pavard. Id-difenusr Franċiż huwa mistenni jibqa’ ma’ Stuttgart sa tmiem l-istaġun attwali.

Hasan Salihamidzic, id-Direttur Sportiv ta’ Bayern Munich, stqarr:

“Nixtieq inħabbar li Benjamin Pavard ser jingħaqad magħna mill-1 ta’ Lulju 2019.”

Il-plejer ta’ 22 sena, li ġibed l-attenzjoni ta’ bosta nies meta skurja gowl mill-isbaħ kontra l-Arġentina fit-Tazza tad-Dinja li ġiet organizzata ġewwa r-Russja, iffirma kuntratt ta’ ħames snin.

Bayern Munich jinsabu fit-tieni post, b’sitt punti inqas minn Borussia Dortmund.