Reuters

Franza u l-Ġermanja qablu li jkomplu jaħdmu fuq it-trattat ta’ rikonċiljazzjoni li kien sar bejniethom fl-1963 wara l-gwerra, biex juru li l-alleanza ewlenija tal-Unjoni Ewropea għadha b’saħħitha minkejja ż-żmien ta’ xettiċiżmu fl-UE li qed jgħaddu minnu bosta pajjiżi.

L-estensjoni tat-Trattat ta’ Elysee approvat mill-kabinett Ġermaniż u Franċiż se jiġi ffirmat mill-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel u l-President Franċiż Emmanuel Macron f’Aachen, il-belt li qiegħda mal-fruntiera, fit-22 ta’ Jannar.

It-trattat jgħid li ż-żewġ stati se japprofondixxu fil-koperazzjoni bejniethom dwar affarijiet barranin, difiża, sigurtà interna u esterna u żvilupp, kif ukoll jaħdmu biex iżidu l-indipendenza tal-Ewropa.