L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex esprimew l-apprezzament tagħhom lill-Gvern ta’ Malta, lill-Kummissjoni Ewropea u lit-tmien pajjiżi Ewropej, għas-solidarjetà li fl-aħħar intweriet mad-49 immigrant, li ħafna minnhom ilhom 18-il jum bejn sema u ilma abbord żewġ bastimenti tas-salvataġġ ta’ għaqdiex mhux governattivi. Aħna wkoll grati lill-għaqdiet kollha li ppromovew solidarjetà konkreta mal-persuni involuti.

Għalkemm fl-istqarrija, l-Isqfijiet irrikonoxxew li Malta, l-iżgħar stat membru tal-Unjoni Ewropea, la kienet l-awtorità responsabbli u lanqas l-eqreb port ta’ kenn meta dawn l-immigranti ġew salvati, u faħħru l-isforzi li saru mill-partijiet kollha involuti biex jiġi żgurat li l-ħajja tal-bniedem tiġi qabel kull interess ieħor.

Huma ngħaqdu mal-Prim Ministru biex jirringrazzjaw lill-Kummissjoni Ewropea talli pprovdiet soluzzjoni Ewropea għal din il-kriżi billi kkordinat l-inizjattiva tar-rilokazzjoni tal-immigranti, inkluż tal-249 persuna salvati fuq il-baħar mill-Forzi Armati ta’ Malta.

Filmat: Wara 19-il jum bejn sema u ilma “se jidħlu Malta”