Fl-edizzjoni tal-lum tal-programm Follow Up, ser jkun hemm analiżi ta’ l-aħħar żviluppi fil-kwistjoni tal-migrazzjoni fil-Mediterran, b’interventi telefoniċi mill-Membri Parlamentari Ewropej Miriam Dalli u Dr Roberta Metsola, kif ukoll Matthew Bugeja, analista fil-qasam tal-GeoPolitika, fl-istudjo. Fil-programm ser jkun hemm ukoll analiżi tal-Presidenza Rumena tal-Kunsill Ewropew kif ukoll ħarsa lejn dak li wieħed jistenna li ser toffri l-2019 f’kuntest ta’ politika Ewropea. Imexxi l-programm Jesmond Saliba.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.