Id-49 immigrant li ilhom 19-il jum bejn sema u ilma waslu Malta għal xil-4pm abbord il-bastimenti Sea-Watch 3 u Sea-Eye.

Newsbook.com.mt kien f’Xatt it-Tiben jirrapporta live.

F’konferenza stampa dalgħodu, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li d-49 immigrant se jiddaħħlu Malta biex imbagħad jitqassmu bejn 8 pajjiżi Ewropej li kollha avviċinaw lill-Kummissjoni Ewropea minn jeddhom lesti biex jgħinu. Dawn il-pajjiżi huma l-Ġermanja, il-Portugall, Franza, l-Irlanda, ir-Rumanija, il-Lussemburgu, l-Olanda u l-Italja.

Filmat: Wara 19-il jum bejn sema u ilma “se jidħlu Malta”

Il-persuni abbord is-Sea Watch 3 ilhom bejn sema u ilma mit-22 ta’ Diċembru filwaqt li dawk abbord Professor Albrecht Plenck ilhom mis-27 ta’ Diċembru. Fost dawk abbord kien hemm nisa u żewġt itfal, tarbija u 3 minorenni bla kumpann.

Kienu bosta dawk li wrew l-apprezzament tagħhom lejn l-awtoritajiet Maltin u Ewropej għal din id-deċiżjoni.

Immigrazzjoni: L-Isqfijiet b’apprezzament lill-Gvern u lill-Unjoni Ewropea

L-immigranti jridu jingħataw id-drittijiet kollha tal-ażil – 62 NGO