Il-Kummissjoni tal-Konferenzi tal-Isqfijiet tal-Unjoni Ewropea (COMECE) qalet li hi qed tesprimi l-istess sentiment li esprimew l-isqfijiet ta’ Malta u Għawdex f’ittra li bagħtu lis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni l-ġimgħa li għaddiet.

Il-Kummissjoni esfasizzat il-bżonn ta’ mekkaniżmu bejn il-pajjiżi Ewropej biex jikkooperaw ma’ dawk il-pajjiżi l-aktar affettwati bl-immigrazzjoni. Dan billi jiżguraw li l-prinċipji tad-dinjità umana u l-ġid komuni jiġu qabel kull kunsiderazzjoni oħra.

Fi stqarrija ppubblikata aktar kmieni mill-COMECE, l-Isqfijiet laqgħu s-soluzzjoni li ntlaħqet bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għas-solidarjetà li fl-aħħar intweriet mad-49 immigrant, li ħafna minnhom ilhom 18-il jum bejn sema u ilma abbord żewġ bastimenti tas-salvataġġ ta’ għaqdiex mhux governattivi.

Il-Kummissjoni qalet li l-isforzi mill-Knsija Kattolika u mill-għaqdiet tas-soċjetà ċivili ma jistgħux jissostitwixxu dawk tal-Gvernijiet li jagħmlu ħilithom biex dawk li qed ibatu jinġiebu f’postijiet aktar siguri.

Meta mistoqsi dwar jekk kienux l-Isqfijiet Ewropej li għenu biex jintlaħaq qbil mal-Kummissjoni Ewropea, l-Arċisqof Charles Scicluna qal li “l-mertu huwa tal-politikanti u kulħadd jagħmel il-parti tiegħu”.

Immigrazzjoni: L-Isqfijiet b’apprezzament lill-Gvern u lill-Unjoni Ewropea

Malta mfaħħra waqt servizz fuq EWTN dwar l-immigranti

Wara li Malta laqgħet id-49 immigrant li kienu jinsabu bejn sema u ilma kienu bosta l-pajjiżi li rrappurtaw fuq din id-deċiżjoni li kienu ilhom jistennew għal-19-il jum.

Fosthom Malta dehret waqt l-aħbarijiet fuq l-istazzjon kattoliku fl-Istati Uniti EWTN. Fis-servizz semmew kif Malta aċċettat li toffri port ta’ sigurtà għall-immigranti li se jitqassmu bejn 8 pajjiżi. Dan wara li d-diskussjonijiet bejn il-pajjiżi Ewropej damu ma waslu għall-ftehim.

Il-korrispondent tal-EWTN semma l-messaġġ tal-Isqfijiet Maltin wara d-deċiżjoni tal-Gvern Malti fejn fost l-oħrajn esprimew il-graditudni tagħhom lill-aġenzija u l-organizzazzjonijiet li jservu sabiex jipprommwovu s-solidarjetà mal-immigranti. Semmew ukoll iż-żjara tal-Arċisqof fuq il-bastiment Lifeline.