Birkirkara FC ħabbru li temmew il-kuntratt tal-attakkant Serb Milan Basrak. Il-plejer ta’ 24 sena ngħaqad ma’ Birkirkara f’Awwissu l-għadda u naqas milli jiskurja matul il-ħames logħbiet li kellu mal-klabb immexxi minn Paul Zammit.

L-aħħar logħba tiegħu mal-Karkarizi seħħet fis-6 t’Ottubru fejn B’Kara tilfu bl-iskor ta’ 2-0 kontra St. Andrews FC. Il-klabb li bħalissa jinsab fit-sitt post tal-klassifika, temm ukoll il-ftehim li kellu mal-attakkant Montenegrin Petar Orlandic. Dan tal-aħħar skurja 3 gowls f’sitt logħbiet.