Il-kantanta Susan Boyle li saret popolari grazzi għall-programm Britain’s Got Talent reġgħet għamlet suċċess fl-Istati Uniti fil-verżjoni Amerikana tal-programm.

Boyle interpretat id-diska Wild Horses tar-Rolling Stones f’America’s Got Talent: The Champions.

Boyle irċeviet dak magħruf bħala l-golden buzzer minn Mel B. Dan ifisser li Boyle se tmur dirett lejn is-serata finali tal-programm.

America’s Got Talent: The Champions hija verżjoni tal-programm America’s Got Talent. F’din l-edizzjoni speċjali qed jikkompetu dawk il-persuni li rebħu edizzjonijiet preċedenti jew li għamlu suċċess.