Il-pulizija Awstraljana aktar kmieni llum akkużat raġel ta’ 49 sena li bagħat sa 38 pakkett li fih kien hemm materjal perikoluż lill-ambaxxati u l-konsulenti diplomatiċi madwar il-pajjiż.

Aktar minn 12-il uffiċċju barrani rċevew pakketti suspettużi nhar l-Erbgħa li għadda, inklużi l-uffiċċju tal-Istati Uniti u dak Ingliż, f’Melbourne.

Skont stqarrija maħruġa mill-Pulizija Federali Awstraljana, ir-raġel, bl-isem ta’ Savas Avan, ġie akkużat li bagħat oġġetti perikolużi permezz tas-servizz postali, reat li għandu piena massima ta’ 10 snin ħabs.