Tifel ta’ 14-il sena safa maqtul wara li qala’ minn tal-inqas 7 daqqiet b’arma li taqta’ f’daharu.  Il-qtil sar ġewwa Londra. Uħud mir-ritratti juru lit-tifel jippoża filwaqt li qed jagħmel sinjali tal-gang li kien jagħmel parti minnha.

Il-Pulizija Ingliża marret fuq il-post wara li rċeviet rapporti li seħħ inċident. Meta l-Pulizija marret fuq il-post sabet lit-tifel minxur mal-art. Tliet esperti qalu li jaħsbu li tliet irġiel ħarġu mill-karozza u ġrew għal fuq it-tifel biex qatluh u reġgħu lura fil-karozza biex ħarbu minn fuq il-post.