Karozza tinqaleb ajruport Arma ambulanza
Arkivji

Erba’ persuni ttieħdu l-isptar wara li kienu involuti f’ħabta fin-Naxxar.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30 am fi Triq il-Labour. Il-ħabta kienet bejn żewġ vetturi – waħda misjuqa minn mara ta’ 49 sena minn Ħal-Qormi u oħra misjuqa minn mara ta’ 61 sena min-Naxxar. Kien hemm żewġ passiġġieri rekbin mal-mara ta’ 61 sena – mara ta’ 72 sena min-Naxxar u mara ta’ 69 sena mix-Xagħra.

L-erba’ nisa ttieħdu l-isptar Mater Dei. Aktar tard ġew iċċertifikati li sofrew minn ġrieħi ħfief.