Għadd kbir ta’ persuni nġabru flimkien sabiex jiġbru €500,000 għall-preżentatur tar-radju magħruf Terry Farrugia li marad bil-kanċer u għandu bżonn urġenti tat-trattament.

Fuq websajt li ttellgħet apposta għalih www.terrytime.org, ġiet spjegata l-istorja ta’ Terry. Hu beda l-karriera tiegħu fil-bidu tad-disgħinijiet mal-Island Sound Radio bil-programm tiegħu Terry Time. Hu mbagħad beda jaħdem ma’ Bay Radio u wara ma’ Vibe FM. Hu ilu jmexxi l-istazzjon Vibe FM mill-2009. Apparti mill-immaniġġjar tal-istazzjonijiet tar-radju, Terry ħareġ numru ta’ preżentaturi lokali u kien ta’ sapport għal bosta talenti Maltin.

F’April tal-2016, Terry sar jaf li marad bl-Acute Myeloid Leukaemia (AML). Din hija ta’ kanċer fid-demm ikkawżata meta l-mudullun ma jkunx qed jiffunzjona sew u jipproduċi ċelloli bojod tad-demm prematuri. Mad-dijanjosi hu ttieħed l-isptar u ngħata l-kimoterapija. Minkejja dan, wara sena, Terry u familtu rċevew l-aħbar li l-marda reġgħet lura u kellu bżonn trattament aktar aggressiv u bżonn ta’ trapjant tal-mudullun. Minħabba li ma sabx donatur adult, l-għażla li jmiss kienet li jagħmel trapjant li jista’ jsir biss fir-Renju Unit.

Terry għamel dan it-trapjant f’Marzu tal-2018. L-ewwel testijiet indikaw li kien ta’ suċċess, madanakollu testijiet oħrajn urew li kien hemm ċelloli żgħar tal-marda li reġgħu rritornaw. Ftit wara ġie kkonfermat li Terry kien reċediv. It-tobba ddeċidew li jfittxu tip ta’ mediċina differenti, tip ta’ kimoterapja li tattakka dawn it-tip ta’ ċelloli, liema mediċina waslet sabiex Terry jerġa’ jiġi kkurat mill-kanċer.

Iżda erba’ xhur wara reġa’ tfaċċa. Immedjatament bdiet it-tfittxija għall-kura mill-ġdid u nstab trattament li qed jaħdem fuqu ċentru fi Houston f’Texas. Iċ-ċentru huwa interessat li jagħti t-trattament tiegħu lil Terry madanakollu l-isfida hija li hu jasal fil-pajjiż u jħallas għal dan it-trattament.

Min għenu s’issa?

S’issa t-trattament ta’ Terry kien possibbli biss grazzi għas-sapport ta’ The Malta Community Chest Fund Foundation, Puttinu Cares, is-sezzjoni tat-Trattament Barra mill-pajjiż fid-Dipartiment tas-Saħħa, il-Haematology Team fis-SAMOC, Maltese High Commission, Ladybird Foundation u ħbieb tal-familja bħall-ġenituri tal-iskola ta’ San Anton u l-Melita Football Club.

Tixtieq tgħin lil Terry jieħu l-kura li għandu bżonn?

Ibgħat bank transfer fuq:

  • TERRY TIME TRUST BANK ACCOUNT
  • c/o CSB TRUSTEES & FIDUCIARIES LTD
  • BANK OF VALLETTA PLC A/C NUM: 40025136757
  • IBAN: MT77VALL22013000000040025136757
  • SWIFT: VALLMTMT

Jew inkella onlajn minn hawn.