3 persuni ġew arrestati lbieraħ għaliex instabitilhom droga fuqhom li hi suspettata li hi kokaina, fi tfittxija li wettqu l-uffiċjali tal-Pulizija tat-Taqsima Kontra d-Droga madwar Malta.

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat li t-tlieta arrestati huma 2 irġiel u mara li l-età tagħhom tvarja bejn 20 u 43 sena: raġel Malti li joqgħod il-Fgura, mara li toqgħod il-Belt Valletta u raġel ieħor li huwa mill-Olanda u ma joqgħodx Malta.

Huma ġew arrestati wara li l-Pulizija sabet fil-pussess ta’ persuna minnhom diversi kapsoli kontenti, b’total ta’ 300 gramma li qed jissuspettaw li huma kokaina.

Iż-żewġ irġiel għandhom jitressqu l-Qorti għada, f’inkjesta maġisterjali ppreseduta mill-Maġistrat Sarah Grech. It-tfajla għandha titressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.