Il-Parlament Ewropew għadu kemm nieda app ġdida msejjħa l-app taċ-ċittadini.

B’din l-app, il-Parlament Ewropew qed iħeġġeġ liċ-ċittadini Ewropej biex jiskopru aktar l-Ewropa x’għamlet għall-ġid tagħhom. L-app hija disponibbli b’24 lingwa fuq Apple Store jew Google Play.

Is-CITIZENS’ APP qed tagħmilha faċli għall-Ewropej biex jaraw x’inhu rilevanti mill-Unjoni Ewropea għall-ħajja ta’ kuljum u x’inhuma l-isfidi li qed tħabbat wiċċha magħhom l-UE.

Is-CITIZENS’ APP:

  • tagħtik informazzjoni dwar suġġetti u postijiet ta’ interess għalik u taġġornak dwar il-progress li jkun qed isir;
  • tħallik tfittex l-informazzjoni, taqsamha ma’ ħaddieħor, tagħtiha sura personali u tikklassifikaha;
  • tgħarrfek dwar avvenimenti li jsiru madwarek; iżżid il-favoriti tiegħek fil-kalendarju personali tiegħek; turik l-aħjar rotta permezz tal-applikazzjoni tal-mapep favorita tiegħek;
  • tipprovdilek kontenuti multimedjali bħal videos, podcasts u slideshows.

Kompatibbli ma’ Android u iOS. (Teħtieġ iOS 10.3 jew verżjoni aktar reċenti. Kompatibbli mal-iPhone, l-iPad u l-iPod touch.)