Ċifri ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea juru li hemm 19-il pajjiż Ewropew b’petrol irħas minn Malta. Iċ-ċifri juru li l-prezz għall-konsumaturi inkluż it-taxxa huwa irħas f’dawn il-pajjiżi milli f’Malta.

L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Krozja, Ċipru, Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja u r-Renju Unit għandhom petrol irħas minn Malta.

L-irħas Petrol jinsab fil-Bulgarija għall-prezz ta’ 97.872c kull litru, li jfisser 38 ċenteżmu irħas minn dak f’Malta. Fil-kapitali Sofia jeżistu aktar minn 10 tipi differenti ta’ Petrol inkluż tal-kumpanija Shell. Mit-3 ta’ Jannar li għadda, il-Bulgarija introduċiet l-użu ta’ petrol imħallat bl-ethanol (9%) biex jonqsu l-emmissjonijiet.

Għax-xiri tad-diesel, 16-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea jixtru diesel irħas minn Malta.