Konsultazzjoni pubblika fost ix-Xlukkajri waslet għad-deċiżjoni li l-monti ta’ nhar ta’ Ħadd għandu jiżżarma sat-3pm.

Dan tħabbar fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Kunsill Lokali, li llum fetaħ konsultazzjoni pubblika fost ir-residenti bejn is-7am u s-7pm.

Kienu 771 ir-residenti li vvutaw f’din il-konsultazzjoni, li l-maġġorparti minnhom (684) ivvutaw li l-monti għandu jkun żarmat sat-3pm. 76 persuna ma qablitx, u 11-il vot kien invalidu.

Il-Kunsill qal li dan se jiġi diskuss waqt is-seduta tal-Kunsill ta’ nhar it-Tlieta biex jintbagħat rispons fuq il-White Paper tas-Swieq fil-Beraħ.