Reuters

Pumpiera f’Pariġi fi Franza għaddejjin b’ħidma intensiva biex jitfu n-nirien li ħakmu bini wara splużjoni tal-gass li ħalliet tal-inqas 20 midruba. Fosthom jidher li hemm 9 pumpiera tat-tifi tan-nar li ndarbu b’mod gravi.

Il-Pulizija Franċiża qed tissuspetta li din l-isplużjoni seħħet wara li ħareġ gass minn forn fil-qalba ta’ Pariġi. Iż-żona kellha tiġi evakwata minħabba l-periklu.

Diversi ritratti u filmati qed jittellgħu fuq Twitter li juru persuni qed jiġu salvati. Għalkemm l-isplużjoni seħħet fl-istess jum li kien hemm ippjanata protesta tal-Ġkieket Sofor, il-Pulizija għadha ma kkonfermat li hemm ebda rabta bejn dawn it-tnejn.

L-isplużjoni wasslet biex inkisru diversi ħġieġ ta’ twieqi kif ukoll ta’ karozzi. Il-Pulizija Franċiża kienet qed tħejji ruħha bil-preżenza ta’ 80,000 uffiċjal tal-Pulizija f’Pariġi minħabba l-protesta.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

This slideshow requires JavaScript.

Twitter