Raġel armat u liebes hoodie daħal f’ħanut f’Ħ’Attard u seraq flus kontanti mingħand il-kaxxiera.

Il-Pulizija kkonfermaw li s-serqa seħħet ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-8pm f’ħanut fi Triq il-Linja, Ħ’Attard.

Il-kaxxiera, li kienet mara ta’ 36 sena residenti Ħaż-Żebbuġ ma sofriet l-ebda ġrieħi. Ir-raġel kien allegatament armat b’arma tan-nar u ħarab minn fuq il-post bil-flus fuqu.